Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
5 MB
05/06/2020
Fl-Ewropa, l-għadd u l-varjetà tal-ispeċijiet ta’ annimali preżenti fuq art agrikola –
“bijodiversità tal-art agrikola” – qed jonqsu b’mod konsiderevoli. Madankollu, l-
UE impenjat lilha nfisha li sal-2020 twaqqaf it-telfien tal-bijodiversità. Biex
tagħmel dan, il-Kummissjoni ppjanat li talloka EUR 66 biljun mill-politika agrikola
komuni bejn l-2014 u l-2020.
Aħna vvalutajna jekk il-politika agrikola tal-UE kinitx għenet biex tinżamm u
tissaħħaħ il-bijodiversità tal-art agrikola. Aħna sibna li l-formulazzjoni tal-miri talagrikoltura
fl-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità tagħmilha diffiċli biex jitkejjel ilprogress;
il-mod kif il-Kummissjoni ssegwi n-nefqa għall-bijodiversità fil-baġit tal-
UE mhuwiex affidabbli; l-impatt tal-pagamenti diretti taħt il-PAK huwa limitat
jew inkella mhuwiex magħruf; u l-Kummissjoni u l-Istati Membri taw preferenza
lil miżuri ta’ żvilupp rurali b’impatt aktar baxx.
Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni ttejjeb it-tfassil tal-istrateġija tagħha li
jmiss għall-bijodiversità, issaħħaħ il-kontribuzzjoni li tingħata għall-bijodiversità
permezz ta’ pagamenti diretti u azzjoni ta’ żvilupp rurali, issegwi n-nefqa relatata
mal-bijodiversità b’mod aktar preċiż u tiżviluppa indikaturi affidabbli li jkunu
adatti għall-monitoraġġ tal-progress fil-bijodiversità tal-art agrikola.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.