Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 15/2020: Protezzjoni tal-pollinaturi selvaġġi fl-UE: l-inizjattivi tal Kummissjoni ma tawx ir-riżultati mixtieqa

Maltese icpdf.png 3 MB
09/07/2020

F’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin, kien hemm tnaqqis fl-abbundanza u fid-diversità tal-pollinaturi selvaġġi fl-UE. Fl-2018, il-Kummissjoni għamlet pass biex tikkoordina l-approċċ tagħha sabiex jitwaqqaf it-tnaqqis tal-pollinaturi selvaġġi billi tniedi l-Inizjattiva dwar il-Pollinaturi. Aħna sibna li dan ftit li xejn kellu effett fuq it-twaqqif tat-tnaqqis u li kien jinħtieġ li l-inizjattiva tiġi mmaniġġjata aħjar biex tilħaq l-objettivi tagħha. Barra minn hekk, la l-politiki agrikoli u dawk tal-bijodiversità, u l-anqas il-leġiżlazzjoni dwar il-pestiċidi ma offrew miżuri adegwati għall-protezzjoni tal-pollinaturi selvaġġi. Aħna nagħmlu rakkomandazzjonijiet biex intejbu l-protezzjoni tal-pollinaturi selvaġġi fil-politiki u fil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.