EU audit in brief|7fec41b4-43aa-486a-a6ee-f45f8005560f;Annual Report|da0c7c0c-7192-4e43-86e4-c510271c376b;Report|34448f12-ee43-4b9f-a7ed-485586c2fbf5
3 MB
10/11/2020
Kelmtejn dwar l-“Awditu tal-UE fil-qosor 2019”
L-“Awditu tal-UE fil-qosor 2019” jipprovdi ħarsa ġenerali lejn
ir-Rapporti Annwali 2019 tagħna dwar il-baġit ġenerali tal-UE u
l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, fejn aħna nippreżentaw
id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom
huma bbażati. Huwa jiddeskrivi wkoll is-sejbiet ewlenin tagħna
rigward id-dħul u l-oqsma prinċipali ta’ nfiq taħt il-baġit tal-UE u
l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, kif ukoll is-sejbiet relatati
mal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, u s-segwitu għarrakkomandazzjonijiet
preċedenti tagħna.
It-testi sħaħ tar-rapporti jista’ jinstab fuq is-sit web eca.europa.eu.
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) hija l-awditur indipendenti
estern tal-UE. Aħna nwissu dwar riskji, nipprovdu aċċertament,
niġbdu l-attenzjoni għal nuqqasijiet u prattika tajba, u noffru
gwida lil dawk li jfasslu l-politika u lil-leġiżlaturi tal-UE dwar kif
jista’ jsir titjib fil-ġestjoni tal-politiki u l-programmi tal-UE.
Permezz tax-xogħol li nwettqu, aħna niżguraw li ċ-ċittadini tal-UE
jkunu jafu kif qed jintnefqu flushom.