Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
3 MB
15/09/2020
It-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra huwa waħda mill- isfidi prinċipali ta’ żminijietna. Skont is-Sistema għan-Negozjar ta'
Emissjonijiet tal-UE, il-kumpaniji jridu jiksbu kwoti ta’
emissjonijiet li jkopru l-emissjonijiet tal-karbonju tagħhom. L- allokazzjoni bla ħlas hija stabbilita bħala metodu tranżizzjonali ta’
allokazzjoni ta’ kwoti b’kuntrast mal-metodu prestabbilit (l- irkantar). Madankollu, kemm għall-fażi 3 kif ukoll għall-fażi 4 tal- EU ETS, il-kwoti allokati jkomplu jirrappreżentaw aktar minn 40 %
tal-għadd totali ta’ kwoti disponibbli. Aħna sibna li hemm immirar
limitat tal-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti. Aħna nagħmlu
rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar immirar u kif ukoll
indirizzar aħjar tal-isfidi tekniċi meta tkun qiegħda tirrevedi l- metodoloġija għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni
subparagrafu, TFUE.