Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 20/2020: Il-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal - Jinħtieġ immirar aħjar tal-appoġġ tal-Kummissjoni

Maltese icpdf.png 2 MB
29/09/2020

Il-faqar fost it-tfal jibqa’ kwistjoni serja fl-UE bi kważi wieħed minn kull erbat itfal fir-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali. Studji enfasizzaw ripetutament li investiment bi spejjeż finanzjarji relattivament baxxi matul it-tfulija jista’ jwassal għal kisbiet matul il-ħajja.

Aħna ddeċidejna li nwettqu dan l-awditu billi l-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal għadha sfida f’ħafna Stati Membri. L-objettiv tagħna kien li niddeterminaw jekk il-Kummissjoni kinitx tat kontribut effettiv għall-isforzi tal-Istati Membri biex inaqqsu l-faqar fost it-tfal.

Aħna sibna li r-rilevanza tal-istrumenti mhux legalment vinkolanti tal-Kummissjoni hija limitata fin-natura tagħha, iżda għandha għodod aktar b’saħħithom għad-dispożizzjoni tagħha. Madankollu, in-nuqqas ta’ informazzjoni disponibbli direttament relatata mal-faqar fost it-tfal ifisser li l-kontribut effettiv ta’ dawn l-għodod għall-isforzi tal-Istati Membri biex jitnaqqas il-faqar fost it-tfal kien diffiċli, jekk mhux impossibbli, li jiġi vvalutat.