Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 21/2020: Il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat għall-istituzzjonijiet finanzjarji fl-UE: jeħtieġ li tiġi vverifikata l-idoneità tiegħu

Maltese icpdf.png 2 MB
01/10/2020

L-awditu li wettaqna sab li, għall-perjodu minn Awwissu 2013 sa tmiem l-2018, il-Kummissjoni kellha riżorsi u għodod xierqa, inkluża struttura organizzazzjonali xierqa, biex twettaq il-kontroll tagħha tal-għajnuna li tingħata mill-Istat għall-istituzzjonijiet finanzjarji. Madankollu, hija mhux dejjem kienet f’pożizzjoni li tużahom bis-sħiħ.

L-indikaturi tal-prestazzjoni tal-Kummissjoni ma qabdux bis-sħiħ il-prestazzjoni tagħha. Aħna osservajna li r-realtajiet tas-suq kienu tjiebu matul il-perjodu awditjat u sakemm seħħet it-tifqigħa tal- COVID-19, u li l-qafas regolatorju kien inbidel, iżda li r-regoli applikabbli nfushom dwar l-għajnuna mill-Istat ilhom ma jiġu mmodifikati mill-2013.

Minbarra dan, aħna sibna li l-effettività tal-kontroll imwettaq mill- Kummissjoni fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat jista’ jkun li xi drabi batiet minħabba l-fatt li l-Kummissjoni ma kkontestatx issottomissjonijiet, ippreżentati mill-Istati Membri, li lkundizzjonijiet għal approvazzjoni eċċezzjonali tal-għajnuna mill- Istat kienu jeżistu f’kull każ individwali.