Review|1149db91-ec84-40c2-9113-0340f5d5d3cf;Report|34448f12-ee43-4b9f-a7ed-485586c2fbf5
-->
Rapport Analitiku Nru 03/2020: Ir-rispons tal-UE għall-istrateġija ta’ investiment immexxija mill-Istat taċ-Ċina

Maltese icpdf.png 2 MB
10/09/2020

Iċ-Ċina ilha mis-snin tmenin timplimenta “strateġija ta’ investiment immexxija mill-Istat” biex tippromwovi ekonomija b’saħħitha u mmexxija mill-esportazzjoni. Aħna analizzajna r-rispons tal-UE għal din l-istrateġija.

Ir-rieżaminar li wettaqna wera li kien diffiċli li tinkiseb data kompleta u f’waqtha u għaldaqstant li tinkiseb ħarsa ġenerali lejn l-investimenti, li huma parti mill-istrateġija ta’ investiment taċ-Ċina fl-UE. Barra minn hekk, ma sibna l-ebda analiżi formalizzata u komprensiva tar-riskji u tal-opportunitajiet għall-UE. L-isfidi futuri se jkunu relatati mat-titjib f’dak li jirrigwarda l-istabbiliment, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-evalwazzjoni tal-istrateġija bejn l-UE u ċ-Ċina. Il-koordinazzjoni tar-rispons tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri, billi jiġi promoss l-iskambju ta’ informazzjoni, se tkun sfida oħra.

 

PodECAst_ Review on EU-China Video_ Review on EU-China