Review|1149db91-ec84-40c2-9113-0340f5d5d3cf;Report|34448f12-ee43-4b9f-a7ed-485586c2fbf5
-->
Rapport Analitiku Nru 04/2020: Azzjoni tal-UE biex tiġi indirizzata l-problema tal-iskart tal-plastik

Maltese icpdf.png 6 MB
06/10/2020

Dan ir-rapport analitiku jeżamina r-rispons tal-UE għall-problema li qed tikber tal-iskart tal-plastik b’fokus fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik. L-istrateġija 2018 tal-UE għall-plastiks tipproponi miżuri li għandhom l-għan li jtejbu r-riċiklabbiltà, il-ġbir, is-separazzjoni, ir-riċiklaġġ u l-kontenut riċiklat ta’ prodotti tal-plastik. Id-Direttiva riveduta dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ stabbiliet miri ġodda għar-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik għall-2025 (50 %) u l-2030 (55 %). Regoli ġodda u aktar stretti ta’ rappurtar x’aktarx se jwasslu biex ir-rata medja ta’ riċiklaġġ talimballaġġ tal-plastik irrappurtata fl-UE tonqos. Se tkun meħtieġa azzjoni miftiehma mill-partijiet ikkonċernati fil-livell tal-UE u f’dak tal-Istati Membri anki għall-imballaġġ tal-plastik, li hija l-aktar fergħa żviluppata tal-istrateġija għallplastiks, biex jitnaqqas id-distakk konsiderevoli bejn ir-rata ta’ riċiklaġġ attwali u fejn jeħtieġ li nkunu fi żmien 5 sa 10 snin oħra biss.