Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
3 MB
29/10/2020
Il-kompetizzjonijiet li jiġu organizzati mill-Uffiċċju Ewropew għas-
Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) huma l-bieb għal karriera fis-servizz
pubbliku tal-UE. Fi żmien ta’ tibdil fil-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ u ta’
tnaqqis fil-livelli tal-persunal, l-istituzzjonijiet tal-UE bdew
jiddubitaw mill-adatezza kontinwa tagħhom għall-għażla ta’
persunal ġdid. Aħna sibna li l-kompetizzjonijiet li tmexxew mill-
EPSO ippermettew, b’mod ġenerali, li l-istituzzjonijiet jissodisfaw
il-ħtiġijiet tagħhom għal rekluti bi profili ta’ tip ġenerali, iżda
dawn urew li kienu inqas effiċjenti u effettivi biex jiġu rrekulatati
kandidati speċjalizzati. Aħna nagħmlu għadd ta’
rakkomandazzjonijiet biex insaħħu l-proċess tal-għażla,
nintroduċu qafas ta’ għażla ġdid għall-kandidati speċjalizzati u
ntejbu l-kapaċità tal-EPSO biex jaddatta għall-ambjent attwali li
qed jinbidel malajr.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni
subparagrafu, TFUE.