Specific annual report|59c5cf99-afbc-4088-a148-9a255854c7c1
-->
Rapport dwar kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti li tinħoloq b’riżultat tat-twettiq mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, il-Kunsill jew il-Kummissjoni tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament għas-sena finanzjarja 2019

Maltese icpdf.png 2 MB
30/11/2020

Il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni huwa s-sistema tal-UE għall-ġestjoni tar-riżoluzzjoni ta’ banek f’diffikultà fl-Istati Membri parteċipanti. Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) huwa l-attur ċentrali. L-atturi ewlenin l-oħra huma l-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Awtoritajiet ta’ Riżoluzzjoni Nazzjonali. L-SRB jissorvelja l-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF), li jista’ jintuża fir-riżoluzzjonijiet tal-banek. Il-QEA għandha l-obbligu li tirrapporta kull sena dwar l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw.

Sa issa, għad ma sarx użu mill-SRF, iżda hemm għadd kbir ta’ proċedimenti legali relatati mal-ewwel deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni u ma’ deċiżjonijiet oħra, kif ukoll ma’ kontribuzzjonijiet ex ante għall-SRF. Għas-sena finanzjarja 2019, l-SRB irrapporta obbligazzjonijiet kontinġenti relatati ma’ xi kontestazzjonijiet legali għall-kontribuzzjonijiet ex ante, iżda l-ebda waħda ma hi relatata ma’ deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni. Aħna ma sibniex evidenza li tikkontradixxi l-valutazzjoni mwettqa mill-SRB iżda nosservaw li s-sentenzi sussegwenti fl-2020 jistgħu jkollhom implikazzjonijiet għall-kontribuzzjonijiet għall-SRF.