Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 26/2020: Ambjent tal-baħar: il-protezzjoni tal-UE hija wiesgħa iżda mhux approfondita

Maltese icpdf.png 9 MB
26/11/2020

It-telfien tal-bijodiversità u tal-ħabitats tal-baħar jirrappreżenta sfida kontinwa għall-ibħra Ewropej. F’dan ir-rapport, aħna neżaminaw il-mod kif din l-isfida tiġi indirizzata mill-politiki u lprogrammi ta’ nfiq ewlenin tal-UE f’partijiet tal-Atlantiku u tal- Mediterran.

Filwaqt li hemm qafas fis-seħħ għall-protezzjoni tal-ambjent talbaħar, l-azzjonijiet li ttieħdu mill-UE ma kinux ippermettew li libħra jiġu restawrati għal status ambjentali tajjeb u lanqas li s-sajd imur lura għal livelli sostenibbli fl-ibħra kollha. Ir-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni ma wasslux għall-irkupru ta’ ammont sinifikanti ta’ ekosistemi u ħabitats; iż-Żoni tal-Baħar Protetti jipprovdu protezzjoni limitata; id-dispożizzjonijiet għallkoordinazzjoni tal-politika tas-sajd mal-politika dwar ilprotezzjoni tal-baħar ftit li xejn jintużaw fil-prattika; u l-fondi disponibbli li jintużaw għall-miżuri ta’ konservazzjoni huma relattivament ftit.

Filwaqt li fl-Atlantiku kien hemm titjib li jista’ jitkejjel f’dak li jirrigwarda l-istokkijiet tal-ħut, dan ma kienx il-każ fil-Mediterran.

Aħna nagħmlu rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet, flimkien mal-Istati Membri.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.