Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 01/2021: Ippjanar tar riżoluzzjonijiet fil Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Maltese icpdf.png 4 MB
14/01/2021

Fl-2014, l-UE stabbiliet il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRM) biex dan jiżgura li l-banek li jkunu qed ifallu jiġu riżolti b’mod ordnat u b’piż minimu għall-kontribwenti, u b’hekk jiġu evitati salvataġġi finanzjarji li jqumu ħafna flus. Aħna vvalutajna x-xerqien tal-qafas ta’ politika u l-istruttura organizzattiva tal-ippjanar tar-riżoluzzjonijiet, kif ukoll il-kwalità u t-twaqqit tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni adottati għall-banek. Sibna li l-SRM għamel progress, iżda xi elementi ewlenin huma neqsin u huma meħtieġa passi ulterjuri. B’mod partikolari, is-sett ta’ politiki kien għadu mhuwiex qed jindirizza l-oqsma rilevanti kollha u lanqas ma kien qed jiżvela dgħufijiet. Il-leġiżlaturi għadhom iridu jirriżolvu ċerti nuqqasijiet bħall-finanzjament fir-riżoluzzjoni jew l-armonizzazzjoni ta’ proċedimenti nazzjonali ta’ insolvenza għall-banek. Aħna nirrakkomandaw li l-SRB itejjeb il-politiki tiegħu għall-ippjanar tar-riżoluzzjonijiet, jiżgura l-adozzjoni f’waqtha tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u l-konformità sħiħa tagħhom mar-rekwiżiti legali u jassenja persunal suffiċjenti għas-sorveljanza tal-ippjanar tar-riżoluzzjonijiet tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali għal banek inqas sinifikanti. Aħna nistiednu lil-leġiżlaturi biex jistabbilixxu sollijiet aktar oġġettivi u kwantifikati biex jiskattaw il-miżuri ta’ intervent bikri.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.