Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 02/2021: Għajnuna umanitarja li tingħata mill-UE għall-edukazzjoni: tgħin lit-tfal fil-bżonn, iżda jenħtieġ li tkun fuq żmien itwal u tilħaq aktar bniet

Maltese icpdf.png 3 MB
21/01/2021

Il-Kummissjoni żiedet l-għajnuna għall-edukazzjoni f’emerġenzi u kriżijiet fit-tul sa 10 % tal-għajnuna umanitarja totali tagħha fl-2019. Aħna vvalutajna l-mod kif il-Kummissjoni mmaniġġjat dan il-livell ġdid ta’ appoġġ. Sibna li l-proġetti kienu rilevanti u kisbu r-riżultati mistennija tagħhom, iżda laħqu inqas bniet milli subien. Il-biċċa l-kbira mill-proġetti fil-kampjun tagħna kienu qosra wisq meta mqabbla mal-ħtiġijiet, u l-Kummissjoni ma identifikatx suffiċjentement opportunitajiet għal kosteffettività akbar. Għalkemm il-biċċa l-kbira mill-proġetti komplew ikunu ta’ benefiċċju għat-tfal wara li kienu ntemmu, il-proġetti dwar il-flus kontanti għall-edukazzjoni ftit li xejn għamlu biex inaqqsu d-dipendenza mill-assistenza fi flus kontanti. Aħna nirrakkomandaw li jiġi pprovdut finanzjament fuq żmien itwal, tittejjeb l-analiżi tal-ispejjeż, jiġi pprovdut aktar appoġġ għall-bniet u tittejjeb is-sostenibbiltà tal-proġetti ta’ assistenza fi flus kontanti.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.