Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 03/2021: L-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa fl-UE: sies sod, xquq fl-implimentazzjoni

Maltese icpdf.png 8 MB
26/01/2021

L-UE tistimola tassazzjoni ġusta u effettiva fis-Suq Uniku kollu, bit-taxxi kollha jinġabru fejn ikunu dovuti. Aħna eżaminajna kif il-Kummissjoni Ewropea qed timmonitorja l-implimentazzjoni u l-prestazzjoni tassistema għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa, u kif l-Istati Membri qed jużaw l-informazzjoni skambjata. Sibna li s-sistema għalliskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa ġiet stabbilita sewwa, iżda jeħtieġ li jsir aktar f’termini ta’ monitoraġġ, żgurar tal-kwalità tad-data u użu tal-informazzjoni li tkun waslet. Aħna nirrakkomandaw li l- Kummissjoni ssaħħaħ il-kopertura tal-qafas leġiżlattiv tal-UE u tiżviluppa monitoraġġ u gwida. Nirrakkomandaw ukoll li l-Istati Membri jagħmlu użu aħjar mill-informazzjoni li jirċievu.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.