Review|1149db91-ec84-40c2-9113-0340f5d5d3cf
4 MB
23/02/2021
Fid-dinja tal-lum, livell raġonevoli ta’ ħiliet diġitali
huwa dejjem aktar importanti, kemm fuq il-post
tax-xogħol kif ukoll barra mix-xogħol. Fl-2019,
ħafna adulti fl-UE ma kellhomx ħiliet diġitali bażiċi,
li juri “distakk diġitali” bejn l-adulti li għandhom
dawn il-ħiliet u dawk li ma għandhomx. Fi snin
reċenti, ftit li xejn kien hemm progress fit-tnaqqis
ta’ dan id-distakk.
F’dan ir-rapport analitiku, aħna neżaminaw
dak li l-UE għamlet biex ittejjeb is-sitwazzjoni,
kif ukoll dak li hija ppjanat għall-perjodu
2021-2027. Filwaqt li l-UE żiedet il-gwida u l-appoġġ
li tipprovdi lill-Istati Membri, kien hemm
relattivament ftit proġetti ffinanzjati mill-UE
li jiffukaw fuq il-ħiliet diġitali bażiċi tal adulti.
Ibbażat fuq l-analiżi li wettaqna, aħna nenfasizzaw
l-isfidi prinċipali li l-UE se tiffaċċja fl-indirizzar taddistakk
diġitali fil-futur.