Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
2 MB
29/04/2021
L-istrumenti finanzjarji kienu metodu importanti ta’ finanzjament taħt il-politika ta’ koeżjoni fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013. L-awditi preċedenti tagħna li kienu jikkonċernaw dawn l-istrumenti żvelaw għadd ta’ żbalji u dgħufijiet matul l-implimentazzjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat li dawn in-nuqqasijiet se jiġu indirizzati fl-għeluq.
Aħna sibna li fil-biċċa l-kbira l-Kummissjoni u l-Istati Membri kienu ħadu l-passi meħtieġa biex jivverifikaw l-eliġibbiltà ta' dan l-infiq fl-għeluq. Għalkemm identifikajna xi żbalji b’impatt finanzjarju, b’mod ġenerali x-xogħol li wettqu kien ta riżultati tajbin. Filwaqt li l-biċċa l-kbira min-nuqqasijiet li identifikajna ġew indirizzati għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni tipprovdi pariri dwar l-aktar żbalji frekwenti li ġew żvelati fl-awditi. Aħna nirrakkomandaw ukoll li l-Kummissjoni tikkompleta l-gwida għall-awtoritajiet tal-awditjar għall-għoti ta’ aċċertament dwar l-eliġibbiltà tal-infiq taħt l-istrumenti finanzjarji fl-għeluq.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.