Annual Activity Report|a07accdb-a7d9-447c-82f7-38cdf0a9eeb2
-->
L-attivitajiet li wettaqna fl-2020 - Rapport Annwali tal-Attività tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Maltese icpdf.png 5 MB
06/05/2021

L-2020 kienet sena li qatt ma kien hawn bħalha, u kienet ikkaratterizzata minn mumenti partikolarment diffiċli u xi drabi destabbilizzanti. Iżda dawn il-mumenti spiċċaw kienu kompletament insuperabbli. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) laħħqet tajjeb ħafna mal-isfidi kollha, kif jidher fir-rapport tal-attività tagħha li qed jiġi ppubblikat illum.

It-tifqigħa tal-kriżi tal-COVID-19 fil-bidu tal-2020 ma waqqfitx lill-QEA milli tawditja l-prestazzjoni u r-regolarità tal-azzjonijiet li ttieħdu mill-UE. Il-kontinwità tal-operat inżammet matul is-sena kollha. Il-QEA kompliet tipprovdi liċ-ċittadini tal-UE u lil dawk li jfasslu l-politika tagħha valutazzjonijiet indipendenti dwar kwistjonijiet ewlenin, filwaqt li enfasizzat dak li kien iffunzjona tajjeb u ġibdet l-attenzjoni għal dak li ma kienx iffunzjona kif suppost.

Għalina wkoll bħala awdituri tal-UE, hemm żmien “qabel” u żmien “wara” l-kriżi tal-COVID-19. L-2020 biddlet il-mod kif naħdmu. L-2020 kienet ukoll punt ta’ żvolta f’dak li jirrigwarda l-finanzi tal-UE: matul is-seba’ snin li ġejjin, l-UE se tkun tista’ tonfoq EUR 1.8 triljun, li minnhom EUR 750 biljun se jintefqu b’rispons dirett għall-kriżi tal-COVID-19. Aħna qed niġu fdati b’responsabbiltajiet kbar ġodda”, qal Klaus-Heiner Lehne, il-President tal-QEA. “Nassigurawkom li se nagħmlu dak kollu li nistgħu biex inkomplu nwettqu r-rwol tagħna bħala l-awditur indipendenti estern tal-UE sabiex nipproteġu l-interessi tal-kontribwenti Ewropej.”