Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 07/2021: Il-programmi spazjali tal-UE Galileo uCopernicus:is-servizzi ġew varati, iżda l-adozzjoni teħtieġ spinta ulterjuri

Maltese icpdf.png 4 MB
21/04/2021

Galileo, is-sistema globali ta’ navigazzjoni bis-satellita, u Copernicus, il-programm ta’ osservazzjoni tad-Dinja, huma emblematiċi tal-politika spazjali tal-UE. Dawn jipprovdu servizzi siewja li jippermettu navigazzjoni u kronometraġġ b’aktar akkuratezza, kif ukoll iwasslu data siewja dwar id-Dinja.

Madankollu, għad ma hemm l-ebda strateġija komprensiva għall-promozzjoni tal-adozzjoni ta’ dawn is-servizzi u l-ebda qafas statistiku kunċettwali biex il-benefiċċji tal-programmi jiġu vvalutati b’mod affidabbli.

Aħna sibna nuqqasijiet fil-monitoraġġ tal-adozzjoni u osservajna li xi karatteristiċi ewlenin ta’ Galileo għadhom mhumiex disponibbli. L-objettivi u l-impatt ta’ bosta azzjonijiet ewlenin li jappoġġaw l-adozzjoni tas-servizzi pprovduti minn Galileo u minn Copernicus ma kinux ċari, u l-Kummissjoni ħadet vantaġġ mill-potenzjal li tippromwovi dawn is-servizzi fil-leġiżlazzjoni jew fl-istandards tal-UE parzjalment biss.

Aħna nagħmlu rakkomandazzjonijiet biex dawn il-problemi jiġu rimedjati.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.