Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 08/2021: L appoġġ li l Frontex tagħti lill-ġestjoni tal fruntieri esterni: mhuwiex suffiċjentement effettiv sal-ġurnata tal lum

Maltese icpdf.png 5 MB
07/06/2021

F’dan l-awditu, aħna wettaqna valutazzjoni ta’ jekk il-Frontex kinitx qed twettaq erbgħa mis-sitt attivitajiet primarji tagħha b’mod effettiv biex tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, u b’hekk tappoġġa lill-Istati Membri fil-prevenzjoni, id-detezzjoni, u r-rispons għall-immigrazzjoni illegali u għall-kriminalità transfruntiera. Eżaminajna wkoll l-istat ta’ tħejjija tal-Frontex biex tissodisfa l-mandat il-ġdid u estiż tagħha tal-2019.

Aħna kkonkludejna li l-appoġġ li l-Frontex tagħti għall-Istati Membri/pajjiżi assoċjati ma’ Schengen fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u l-kriminalità transfruntiera mhuwiex suffiċjentement effettiv. Aħna sibna li l-Frontex ma implimentatx bis-sħiħ il-mandat tagħha tal-2016 u enfasizzajna bosta riskji relatati mal-mandat tal-Frontex tal-2019.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.