Annual Report|da0c7c0c-7192-4e43-86e4-c510271c376b
14 MB
15/11/2021
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri eżaminat
ir-riżultati li kienu nkisbu mill-programmi ta’
nfiq tal-UE ffinanzjati mill-baġit tal-UE, abbażi
ta’ informazzjoni mill-Kummissjoni u minn
sorsi oħra dwar il-prestazzjoni, inklużi
x-xogħol tal-awditjar li kienet wettqet u
r-rieżaminar tagħha stess. Hija vvalutat ukoll
jekk u kif il-Kummissjoni u l-koleġiżlaturi użaw
it-tagħlimiet meħuda minn perjodi preċedenti
tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) (eż. minn
evalwazzjonijiet, valutazzjonijiet tal-impatt u
awditi) għal titjib fit-tfassil u l-prestazzjoni
tal-programmi ta’ nfiq għallperjodu
2021-2027.