Annual Report|da0c7c0c-7192-4e43-86e4-c510271c376b
-->
Rapporti Annwali għas-sena finanzjarja 2020

Maltese icpdf.png 9 MB
26/10/2021

​Kull sena l-QEA tawditja n-naħat tad-dħul u l-infiq tal-baġit tal-UE u tipprovdi l-opinjoni tagħha dwar kemm il-kontijiet annwali huma affidabbli, u kemm l-introjtu u l-infiq jikkonformaw mar-regoli u r-regolamenti.

Fl-2020, l-infiq tal-UE ammonta għal total ta' EUR 173.3 biljun, li jirrappreżenta 1.1% tal-introjtu nazzjonali gross ikkombinat tas-27 Stat Membru tal-UE u tar-Renju Unit. Il-baġit tal-UE jiġi maqbul kull sena – fil-kuntest ta' qafas ta' seba' snin – mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Is-sena l-oħra, l-2020, kienet l-aħħar sena qabel il-qafas pluriennali l-ġdid.

Il-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-UE, hija primarjament responsabbli milli tiżgura li l-baġit jintefaq kif suppost. Iżda, għal madwar żewġ terzi tal-infiq – prinċipalment fl-oqsma ta' riżorsi naturali u ta' koeżjoni – din ir-responsabbiltà hija kondiviża mal-Istati Membri.

L-awdituri tagħna jittestjaw kampjuni ta' tranżazzjonijiet biex jipprovdu stimi bbażati fuq l-istatistika ta' kemm id-dħul u d-diversi oqsma ta' nfiq ikunu milquta minn żball (“rata ta' żball").