EU audit in brief|7fec41b4-43aa-486a-a6ee-f45f8005560f;Annual Report|da0c7c0c-7192-4e43-86e4-c510271c376b
3 MB
26/10/2021
Kelmtejn dwar l-“Awditu tal-UE fil-qosor 2020”
L-“Awditu tal-UE fil-qosor 2020” jipprovdi ħarsa ġenerali lejn ir-
Rapporti Annwali 2020 tagħna dwar il-baġit ġenerali tal-UE u l-Fond
Ewropew għall-Iżvilupp, fejn aħna nippreżentaw id-dikjarazzjoni ta’
assigurazzjoni li għamilna dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar illegalità
u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.
Huwa jiddeskrivi wkoll is-sejbiet ewlenin tagħna rigward id-dħul u loqsma
prinċipali ta’ nfiq taħt il-baġit tal-UE u l-Fond Ewropew għall-
Iżvilupp, kif ukoll is-sejbiet relatati mal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja,
u s-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tagħna.
It-testi sħaħ tar-rapporti huma disponibbli fuq is-sit web eca.europa.eu.
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) hija l-awditur indipendenti estern
tal-UE. Aħna nwissu dwar riskji, nipprovdu aċċertament, niġbdu lattenzjoni
għal nuqqasijiet u prattika tajba, u noffru gwida lil dawk li
jfasslu l-politika u lil-leġiżlaturi tal-UE dwar kif jista’ jsir titjib fil-ġestjoni
tal-politiki u l-programmi tal-UE. Permezz tax-xogħol li nwettqu, aħna
niżguraw li ċ-ċittadini tal-UE jkunu jafu kif qed jintefqu flushom.