Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 10/2021: L-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-baġit tal-UE: wasal iż-żmien li l-kliem jissarraf f’azzjoni

Maltese icpdf.png 5 MB
26/05/2021

L-“integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri” tfisser il-promozzjoni attiva tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-istadji kollha u fl-oqsma kollha tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika. L-UE għandha l-obbligu, skont it-trattat, li tippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-attivitajiet kollha tagħha, u dan jipprovdi l-bażi għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri. F’dan l-awditu, aħna vvalutajna jekk l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri kinitx ġiet applikata fil-baġit tal-UE mill-2014 ’il quddiem biex tiġi promossa l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Ikkonkludejna li l-Kummissjoni kienet għadha ma ssodisfatx l-impenn tagħha għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-baġit tal-UE. Aħna nagħmlu rakkomandazzjonijiet biex isir titjib fil-qafas tal-Kummissjoni għall-appoġġ tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, u biex tiżdied il-kunsiderazzjoni mogħtija għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-ibbaġitjar tal-UE.

​Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.