Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 09/2021: Id-diżinformazzjoni taffettwa lill-UE: qed tiġi indirizzata iżda mhux mitigata

Maltese icpdf.png 5 MB
03/06/2021

Id-diżinformazzjoni hija tħassib serju f’soċjetajiet organizzati. Il-media soċjali u t-teknoloġiji l-ġodda żiedu l-iskala u l-veloċità li bihom informazzjoni falza jew qarrieqa tista’ tilħaq lill-udjenzi tagħha, kemm jekk udjenzi intenzjonati kif ukoll dawk mhux intenzjonati. Il-pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra d-diżinformazzjoni kien rilevanti meta tfassal, iżda mhux komplet. Minkejja li l-implimentazzjoni tiegħu tinsab b’mod ġenerali fit-triq it-tajba u hemm evidenza ta’ żviluppi pożittivi, il-pjan ta’ azzjoni ma wassalx għar-riżultati intenzjonati kollha tiegħu. Aħna nagħmlu rakkomandazzjonijiet biex jittejbu l-koordinazzjoni u l-obbligu ta’ rendikont tal-azzjonijiet tal-UE kontra d-diżinformazzjoni. Niffukaw fuq l-arranġamenti operazzjonali tad-diviżjoni għall-komunikazzjoni strateġika tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u tat-task forces tiegħu. Aħna nirrakkomandaw li jiżdied l-involviment tal-Istati Membri fis-sistema ta’ twissija rapida u jittejbu l-monitoraġġ u l-obbligu ta’ rendikont tal-pjattaformi online. Niġbdu l-attenzjoni wkoll għall-ħtieġa ta’ strateġija tal-UE għal-litteriżmu fil-media li tinkludi l-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u t-teħid ta’ passi biex l-Osservatorju Ewropew għall-Monitoraġġ tal-Media Diġitali jkun jista’ jilħaq l-objettivi ambizzjużi tiegħu.

​Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.