Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 15/2021: Id drittijiet tal passiġġieri tal ajru matul il pandemija tal COVID 19: Id drittijiet ewlenin mhumiex protetti minkejja l isforzi tal Kummissjoni

Maltese icpdf.png 4 MB
29/06/2021

Aħna analizzajna kif il-Kummissjoni pproteġiet id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru fl-UE matul il-kriżi tal-COVID-19.

Sibna li l-passiġġieri tal-ajru ma ġewx infurmati bis-sħiħ dwar id-drittijiet tagħhom matul il-kriżi tal-COVID-19. Fil-perjodu inizjali tal-kriżi, ħafna passiġġieri ma ġewx rimborżati, jew ma kellhom l-ebda għażla oħra ħlief li jaċċettaw vawċers F’Ġunju 2020, il-linji tal-ajru bdew jirrimborżaw lill-passiġġieri, għalkemm b’dewmien sinifikanti. L-Istati Membri ma rabtux l-għajnuna mill-Istat mar-rimborż tal-passiġġieri, anki jekk il-Kummissjoni kienet għamlitha ċara li huma setgħu jagħmlu dan. Il-Kummissjoni aġixxiet biex tissalvagwardja d-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru u ħadet passi biex timmitiga l-effetti tal-kriżi, minkejja l-limitazzjonijiet tal-qafas legali eżistenti. Proposti f’dan ir-rigward li jistgħu jikkontribwixxu biex jirrimedjaw din is-sitwazzjoni ġew ippreżentati fl-2013 iżda sa issa l-Kunsill ma laħaqx qbil dwar il-pożizzjoni tiegħu.

Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni tipproteġi aħjar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru u tinfurmahom dwar id-drittijiet tagħhom; issaħħaħ il-koordinazzjoni tal-miżuri nazzjonali u torbot aħjar l-għajnuna mill-Istat li tingħata lil-linji tal-ajru mar-rimborż tal-passiġġieri; kif ukoll ittejjeb l-għodod u l-leġiżlazzjoni għas-salvagwardja tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.