Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 11/2021: Appoġġ eċċezzjonali għall-produtturi tal-ħalib fl-UE fil-perjodu 2014-2016 - Potenzjal għal titjib fl-effiċjenza futura

Maltese icpdf.png 6 MB
24/06/2021

Wara li laħaq il-quċċata tiegħu fil-bidu tal-2014, il-prezz medju li rċevew il-produtturi tal-ħalib fl-UE beda jonqos. F’nofs l-2016, ilprezzijiet reġgħu bdew jogħlew.

Il-PAK tinkludi għadd ta’ għodod għall-indirizzar tad-disturb fissuq. Il-pagamenti diretti għandhom rwol ta’ stabbilizzazzjoni billi jipprovdu sors ta’ introjtu kostanti għall-bdiewa. “Xibka ta’ sikurezza” għandha l-għan li tappoġġa l-prezzijiet billi b’mod temporanju tneħħi s-surplus ta’ prodotti tal-ħalib mis-suq. Il- Kummissjoni tista’ tadotta wkoll miżuri eċċezzjonali kontra theddid ta’ disturb fis-suq: u hekk għamlet bejn l-2014 u l-2016.

Aħna eżaminajna kemm il-Kummissjoni u l-awtoritajiet rilevanti fl-Istati Membri kienu mmaniġġjaw tajjeb ir-rispons tagħhom għad-disturb fis-suq tal-ħalib fil-perjodu 2014-2016. B’mod ġenerali, aħna sibna li l-Kummissjoni u l-Istati Membri kienu ħadu miżuri wesgħin biex jgħinu lill-bdiewa matul id-disturb fis-suq, iżda li l-analiżi li wettqu kienet ġeneralment insuffiċjenti biex jiġi deċiż il-livell ta’ appoġġ meħtieġ u biex dan id-disturb jiġi mmirat.

​Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.