Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 12/2021: Il-Prinċipju ta’ Min Iniġġes Iħallas: Applikazzjoni inkonsistenti fil-politiki u fl-azzjonijiet ambjentali tal-UE

Maltese icpdf.png 5 MB
05/07/2021

It-tniġġis jirrappreżenta spiża sinifikanti għas-soċjetà u huwa tħassib ewlieni għaċ-ċittadini tal-UE. Bl-applikazzjoni tal-Prinċipju ta’ Min Iniġġes Iħallas (PPP), min iniġġes jingħata inċentiv biex jevita d-dannu ambjentali u jinżamm responsabbli għat-tniġġis li jikkawża. B’mod ġenerali, aħna sibna li l-PPP huwa rifless u jiġi applikat f’diversi livelli fil-politiki ambjentali differenti tal-UE u l-kopertura kif ukoll l-applikazzjoni tiegħu ma kinux kompleti. Xi drabi, il-baġit tal-UE jintuża biex jiffinanzja azzjonijiet ta’ tindif li, skont il-PPP, kellhom jiġġarrbu minn min iniġġes. Aħna nirrakkomandaw li tissaħħaħ l-integrazzjoni tal-PPP fil-leġiżlazzjoni ambjentali, jiġi rinforzat ir-reġim dwar ir-responsabbiltà ambjentali fil-livell tal-UE, u jiġu protetti aħjar il-fondi tal-UE milli jintużaw għal finanzjament ta’ proġetti li jenħtieġ li jiġu ffinanzjati minn min iniġġes.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.