Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 13/2021: L-isforzi tal-UE fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus fis-settur bankarju huma frammentati u l-implimentazzjoni mhijiex suffiċjenti

Maltese icpdf.png 5 MB
28/06/2021

Il-ħasil tal-flus huwa l-prattika ta’ “leġittimizzazzjoni” tar-rikavat minn attività kriminali fejn jiġi ffiltrat fl-ekonomija regolari sabiex tinħeba l-oriġini illegali tiegħu. Minħabba l-importanza tal-politika tal-UE kontra l-ħasil tal-flus u r-rwol tas-settur bankarju, aħna vvalutajna jekk l-azzjonijiet tal-UE f’dan il-qasam humiex implimentati sew.

Sibna frammentazzjoni istituzzjonali u koordinazzjoni fqira fil-livell tal-UE fir-rigward ta’ azzjonijiet għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u t-teħid ta’ azzjoni fejn ġie identifikat riskju. Il-korpi tal-UE għandhom għodod limitati biex jiżguraw l-applikazzjoni suffiċjenti tal-oqfsa tal-AML/tas-CFT fil-livell nazzjonali. Ma hemm l-ebda superviżur uniku tal-UE, is-setgħat tal-UE huma maqsumin bejn bosta korpi u l-koordinazzjoni mal-Istati Membri titwettaq separatament.

Aħna nagħmlu rakkomandazzjonijiet biex jiġu rrimedjati dawn il-problemi.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.