Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 16/2021: Il Politika Agrikola Komuni u l klima: Nofs l infiq tal UE fuq il klima iżda l emissjonijiet mill azjendi agrikoli mhumiex qed jonqsu

Maltese icpdf.png 5 MB
21/06/2021

Matul il-perjodu 2014-2020, il-Kummissjoni attribwiet aktar minn kwart mill-baġit tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima.

Aħna eżaminajna jekk il-PAK kinitx appoġġat prattiki ta’ mitigazzjoni tal-klima li jistgħu jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-agrikoltura. Sibna li l-EUR 100 biljun ta’ fondi tal-PAK attribwiti għall-azzjoni klimatika ftit li xejn kellhom impatt fuq dawn l-emissjonijiet, li ma nbidlux sinifikattivament mill-2010 ’l hawn. Il-PAK tiffinanzja l-aktar miżuri li għandhom potenzjal baxx li jimmitigaw it-tibdil fil-klima. Hija ma għandhiex l-għan li tillimita jew tnaqqas il-bhejjem (50 % tal-emissjonijiet agrikoli), u tappoġġa lill-bdiewa li jikkultivaw it-torbieri skulati (20 % tal-emissjonijiet).

Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni tieħu azzjoni sabiex il-PAK tnaqqas l-emissjonijiet mill-agrikoltura; tieħu passi biex tnaqqas l-emissjonijiet mill-ħamrija organika kkultivata u skulata; u tirrapporta regolarment dwar il-kontribut tal-PAK għall-mitigazzjoni tal-klima.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.