Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 14/2021: Kooperazzjoni Interreg: Il-potenzjal tar-reġjuni transfruntieri tal-Unjoni Ewropea għadu ma ġiex sfruttat bis-sħiħ

Maltese icpdf.png 3 MB
01/07/2021

Il-kooperazzjoni transfruntiera għandha l-għan li tindirizza l-isfidi komuni identifikati b’mod konġunt mill-Istati Membri fir-reġjuni tal-fruntieri, u li tisfrutta l-potenzjal ta’ tkabbir mhux sfruttat. Ħafna minn dawn ir-reġjuni ġeneralment għandhom prestazzjoni ekonomika inqas tajba minn reġjuni oħra fi Stat Membru. Sibna li l-programmi ta’ kooperazzjoni li eżaminajna kellhom strateġiji ċari biex jindirizzaw l-isfidi li qed jiffaċċjaw ir-reġjuni transfruntieri li koprew.

Madankollu, dgħufijiet fl-implimentazzjoni u insuffiċjenzi fil-monitoraġġ tal-informazzjoni llimitaw il-potenzjal tal-programmi li jisfruttaw il-potenzjal ta’ dawn ir-reġjuni.

Aħna nindirizzaw għadd ta’ rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet inkarigati mill-programmi u lill-Kummissjoni biex jiffukaw aħjar il-programmi ta’ kooperazzjoni, u biex jipprijoritizzaw u jappoġġaw proġetti abbażi tal-mertu. Barra minn hekk, biex jiġu ddefiniti indikaturi li jkopru l-effett transfruntier tal-proġetti.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.