Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 17/2021: Il kooperazzjoni tal UE ma’ pajjiżi terzi rigward ir riammissjoni: azzjonijiet rilevanti taw riżultati limitati

Maltese icpdf.png 5 MB
13/09/2021

Diffikultajiet fil-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta’ oriġini jikkontribwixxu għall-għadd baxx ta’ ritorni ta’ migranti irregolari mill-UE. L-awditu li wettaqna vvaluta jekk l-UE saħħitx b’mod effettiv il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi rigward ir-riammissjoni. Aħna sibna li l-eżiti tan-negozjati ma’ pajjiżi terzi ma kinux ottimali minħabba użu insuffiċjenti ta’ sinerġiji mal-Istati Membri u fil-politiki kollha tal-UE. L-azzjonijiet tal-UE biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni rigward ir-riammissjoni kienu rilevanti, iżda r-riżultati tagħhom ma kinux uniformi, u minħabba nuqqasijiet fid-data dwar ir-ritorni u r-riammissjonijiet aħna ma stajniex nivvalutaw l-impatt kumplessiv tagħhom. Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni ssegwi approċċ aktar flessibbli meta tinnegozja ftehimiet ta’ riammissjoni; toħloq sinerġiji mal-Istati Membri biex tiffaċilita n-negozjati ta’ riammissjoni; issaħħaħ l-inċentivi għall-pajjiżi terzi; u ttejjeb il-ġbir tad-data dwar ir-riammissjonijiet.

​Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.