Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 18/2021: Is-sorveljanza mwettqa mill-Kummissjoni tal-Istati Membri li joħorġu minn programm ta’ aġġustament makroekonomiku: għodda xierqa li teħtieġ simplifikazzjoni

Maltese icpdf.png 2 MB
15/09/2021

Il-Kummissjoni hija responsabbli għas-sorveljanza tal-Istati Membri taż-żona tal-euro li joħorġu minn programm ta’ aġġustament makroekonomiku biex jiġi żgurat li tinżamm l-istabbiltà ekonomika u finanzjarja tagħhom. Din is-sorveljanza hija ta’ benefiċċju għall-Istati Membri u għas-selliefa tagħhom. Aħna eżaminajna t-tfassil, l-implimentazzjoni u l-effettività tas-sorveljanza mwettqa mill-Kummissjoni għall-ħames Stati Membri kkonċernati (l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Ċipru u l-Portugall). Sibna li, filwaqt li s-sorveljanza kienet għodda xierqa, l-effiċjenza tagħha kienet imxekkla minn objettivi mhux ċari u mill-fatt li l-implimentazzjoni ma kinitx suffiċjentement simplifikata u ffukata. Għamilna rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni biex dawn il-problemi jiġu indirizzati, inkluża reviżjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti sabiex l-attivitajiet ta’ sorveljanza tagħha jiġu integrati fis-Semestru Ewropew.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.