Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
5 MB
30/09/2021
Il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti ħolqot sfida kbira
umanitarja u ta’ sigurtà għall-UE fi snin reċenti. L-awditu li
wettaqna vvaluta jekk il-Europol appoġġatx b’mod effettiv lill-
Istati Membri tal-UE fiż-żarmar tan-networks kriminali involuti filfaċilitazzjoni
organizzata ta’ dħul klandestin ta’ migranti. Aħna
sibna li sħab il-Europol apprezzaw l-appoġġ tagħha, iżda
minħabba dgħufijiet fil-kejl tar-riżultati tagħha ma stajniex
nevalwaw bis-sħiħ l-impatt tagħha. Sibna wkoll li l-użu li għamlet
l-Aġenzija minn sorsi ta’ data Ewropej disponibbli kultant kien
limitat. Aħna nirrakkomandaw li l-Europol tuża s-sorsi ta’ data
kollha disponibbli; issaħħaħ l-iskambju ta’ data mas-sħab tagħha;
ittejjeb il-monitoraġġ tal-prestazzjoni u rappurtar tal-attivitajiet
tagħha dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti;
jenħtieġ ukoll li l-proċess tagħha għall-prijoritizzazzjoni tal-każijiet
ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti li joriġina fl-Istati
Membri jsir aktar trasparenti.t
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni
subparagrafu, TFUE.