Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 21/2021: Il-finanzjament tal-UE għall-bijodiversità u t-tibdil fil-klima fil-foresti tal-UE: riżultati pożittivi iżda limitati

Maltese icpdf.png 3 MB
04/10/2021

Il-foresti tal-UE huma multifunzjonali, billi jaqdu skopijiet ambjentali, ekonomiċi u soċjali. Għalkemm il-kopertura tal-foresti kibret fl-aħħar 30 sena, il-kundizzjoni tal-foresti qed tiddeterjora. Il-prattiki ta' ġestjoni sostenibbli huma essenzjali biex tinżamm il-bijodiversità u jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima fil-foresti. Sibna li, fl-oqsma fejn l-UE hija kompletament kompetenti biex taġixxi, il-Kummissjoni setgħet ħadet azzjoni aktar b'saħħitha biex tikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-foresti tal-UE. Aħna nagħmlu rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni biex ittejjeb dan il-kontribut, issaħħaħ il-ġlieda kontra l-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam u ttejjeb il-fokus tal-miżuri tal-forestrija għall-iżvilupp rurali fuq il-bijodiversità u t-tibdil fil-klima.

​Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.