Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
6 MB
23/09/2021
L-Ukrajna ilha tbati minn korruzzjoni kbira u manipulazzjoni tal-
Istat għal ħafna snin. L-awditu li wettaqna vvaluta jekk l-appoġġ
mill-UE fl-Ukrajna kienx effettiv fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni
kbira. Għalkemm l-UE kienet introduċiet bosta inizjattivi biex
tnaqqas l-opportunitajiet ta’ korruzzjoni, aħna sibna li lkorruzzjoni
kbira kienet għadha problema ewlenija fl-Ukrajna.
Aħna nagħmlu bosta rakkomandazzjonijiet biex jitjieb l-appoġġ
mill-UE, b’mod partikolari li jenħtieġ li azzjonijiet speċifiċi jiġu
mfassla u implimentati mhux biss biex jimmiraw lejn il-korruzzjoni
kbira (inkluża l-istruttura oligarkika) iżda biex jgħinu wkoll fittneħħija
ta’ impedimenti għal kompetizzjoni ħielsa u ġusta.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni
subparagrafu, TFUE.