Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 24/2021: Finanzjament ibbażat fuq il-prestazzjoni fil-politika ta’ Koeżjoni: ambizzjonijiet siewja, iżda kien għad hemm ostakli fil-perjodu 2014-2020

Maltese icpdf.png 5 MB
21/10/2021

​​Aħna vvalutajna l-użu tal-istrumenti għal finanzjament ibbażat fuq il-prestazzjoni tal-politika ta’ Koeżjoni matul il-perjodu 2014-2020. Analizzajna r-rekwiżit li jiġu ssodisfati kundizzjonalitajiet ex ante speċifiċi; ir-riżerva obbligatorja ta’ prestazzjoni; u l-mudelli ta’ finanzjament ibbażat fuq il-prestazzjoni. L-awditu li wettaqna kkonferma li t-tliet strumenti kollha wasslu għal approċċi ġodda għall-implimentazzjoni. Madankollu, ma għamlux differenza notevoli fil-mod kif il-finanzjament tal-UE ġie allokat u żborżat. Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni tagħmel l-aħjar użu mill-kundizzjonijiet abilitanti fil-perjodu 2021-2027; twitti t-triq għal rieżami effettiv ta’ nofs it-terminu fl-2025 minn kmieni; tikkjarifika r-regoli sottostanti għall-mudell ta’ “finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż”; u tikkjarifika l-approċċ għall-għoti ta’ aċċertament rigward il-finanzjament tal-UE permezz tal-mudell ta’ “finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż”.

​Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.