Review|1149db91-ec84-40c2-9113-0340f5d5d3cf
-->
Rapport Analitiku Nru 05/2021: Il-qafas tal-UE għal proġetti kbar ta’ infrastruttura tat-trasport: tqabbil internazzjonali

Maltese icpdf.png 3 MB
25/11/2021

Il-proġetti ta’ infrastruttura kbar għandhom rwol ewlieni fit-twettiq tan-Network trans-Ewropew tat- Trasport tal-UE. Dan ir-rapport analitiku jqabbel il-qafas tal-UE għat-twettiq ta’ dawn il-proġetti ma’ pajjiżi magħżula, filwaqt li jidentifika prattiki li l-Kummissjoni u dawk li jfasslu l-politika jistgħu jieħdu ispirazzjoni minnhom u, jekk ikun meħtieġ, jadattawhom għall-kuntest tal-UE.
Ma identifikajna l-ebda prattika li tista’ tindirizza d-dgħufijiet tal-UE li huma relatati mal-istrateġija. Madankollu, aħna enfasizzajna eżempji rilevanti għall-proċessi li huma relatati mal-koordinazzjoni, l-għażla, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ex post.
Aħna analizzajna wkoll il-baġit akbar milli ppjanat u d-dewmien fl-iskeda ta’ żmien attwali ta’ sitt proġetti kofinanzjati mill-UE. Meta mqabbla malparametru referenzjarju globali, erbgħa minn dawn il-proġetti għandhom baġit akbar milli ppjanat li huwa iżgħar, filwaqt li l-biċċa l-kbira minn dawn il-proġetti, bħala medja, tassew esperjenzaw dewmien itwal fl-iskeda ta’ żmien.