Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 27/2021: Appoġġ mill-UE lit-turiżmu: Ħtieġa għal orjentazzjoni strateġika ġdida u approċċ ta’ finanzjament aħjar

Maltese icpdf.png 5 MB
14/12/2021

It-turiżmu huwa settur ekonomiku ewlieni fl-UE. Il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt drammatiku u mingħajr preċedent fuq is-settur tat-turiżmu filwaqt li naqqset drastikament il-flussi tat-turiżmu u b’hekk id-dħul tan-negozji relatati mat-turiżmu. Lil hinn minn dan ix-xokk immedjat, is-settur tat-turiżmu qed jiffaċċja sfidi oħra li huma aktar fuq terminu twil u li huma relatati mat-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali tiegħu, il-kompetittività tiegħu, kif ukoll is-sostenibbiltà u r-reżiljenza tiegħu.

Il-Kummissjoni ddefiniet l-istrateġija attwali tagħha għat-turiżmu tal-UE fl-2010. Mill- 2015 ’il hawn, u sal-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni rrevediet il-prijoritajiet tat-turiżmu fil-kuntest ta’ strateġiji ta’ politika usa’, iżda ma sarrfitx dawn ilprijoritajiet fi pjan ta’ azzjoni konkret biex tappoġġa l-implimentazzjoni tagħhom. Bħala reazzjoni għall-impatt drammatiku tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-settur tatturiżmu tal-UE, il-Kummissjoni tat bidu għal azzjonijiet għad-definizzjoni ta’ aġenda dwar it-turiżmu għall-2030. L-analiżi li wettaqna fir-rigward tal-proġetti tal-FEŻR dwar it-turiżmu sabet riżultati mħallta: xi proġetti kienu sostenibbli u kkontribwew għattrawwim tal-attività tat-turiżmu fir-reġjun; oħrajn kellhom biss impatt limitat. F’bosta każijiet, in-nuqqasijiet fl-ippjanar inizjali tal-proġetti u fil-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet, kif ukoll fl-istadju tal-għażla tal-proġetti, irriżultaw fi tnaqqis fl-ambitu tal-proġetti kif ukoll f’dewmien u spejjeż akbar milli ppjanat matul l-implimentazzjoni tal-proġetti. Il- Kummissjoni ressqet miżuri biex jiġi mmitigat l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 fuq lindustrija tat-turiżmu tal-UE.

Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni tistabbilixxi strateġija ġdida għat-turiżmu tal- UE. Jenħtieġ ukoll li tħeġġeġ lill-Istati Membri biex japplikaw proċeduri tal-għażla għall-investimenti fit-turiżmu li huma ffinanzjati mill-FEŻR biex jappoġġaw din lorjentazzjoni strateġika l-ġdida.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.