Annual Work Programme|839c8baf-a158-4ce7-a6bb-d2d36666953b
1 MB
15/12/2021
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) illum ippubblikat il-programm ta’ ħidma tagħha għall-2022
u lil hinn, fejn elenkat l-oqsma strateġiċi u l-prijoritajiet tal-awditjar tagħha. Dawn se jkopru
firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet, li jirriflettu l-isfidi prinċipali u t-tħassib ewlieni tal-UE. Fosthom u
qabel kollox se jkun ir-rispons tal-UE għall-pandemija tal-COVID-19 u l-ambizzjonijiet tagħha
biex tiġġieled it-tibdil fil-klima. L-awdituri se jiskrutinizzaw dawn l-oqsma, u oħrajn, biex
jistabbilixxu jekk l-UE hijiex tuża l-flus tal-kontribwenti b’mod effettiv biex twettaq il-mandat u
l-impenji tagħha.