Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
4 MB
17/01/2022
L-effiċjenza fl-enerġija hija essenzjali biex tintlaħaq in-newtralità
karbonika tal-UE sal-2050. Aħna analizzajna proġetti ta’ effiċjenza
fl-enerġija fl-intrapriżi kkonfinanzjati mill-fondi taħt il-politika ta’
koeżjoni. Sibna li l-Kummissjoni ma kinitx ivvalutat il-potenzjal
għall-iffrankar tal-enerġija tal-intrapriżi jew il-ħtiġijiet ta’
finanzjament, filwaqt li l-programmi ma jispeċifikawx kif il-fondi
jikkontribwixxu għall-prijoritajiet għall-effiċjenza fl-enerġija. Lindikaturi
ex post ma jistgħux jivvalutaw din il-kontribuzzjoni, iżda
aħna stmajniha li hija ta’ 0.3 % tal-isforz għall-2030. B’mod
ġenerali, l-investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija kienu effiċjenti. Lużu
ta’ indikaturi finanzjarji fil-proċedura tal-għażla kien jevita xi
ineffiċjenzi u ppermetta għażla aħjar tal-istrument ta’
finanzjament. Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni tikkjarifika
l-kontribuzzjoni tal-fondi tal-UE u tivverifika jekk l-għażla ta’
strument ta’ finanzjament kinitx raġonevoli.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni
subparagrafu, TFUE.