Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 04/2022: Fondi ta’ investiment: l-azzjonijiet tal-UE għadhom ma ħolqux suq uniku reali li minnu jibbenefikaw l-investituri

Maltese icpdf.png 3 MB
21/02/2022

​​Il-fondi ta’ investiment għandhom rwol ewlieni fl-unjoni Ewropea tas-swieq kapitali, billi jgħinu lill-investituri jallokaw il-kapital tagħhom b’mod effiċjenti. Aħna vvalutajna l-idoneità tal-qafas regolatorju, l-isforzi tal-UE biex toħloq superviżjoni simili u effettiva fl-Istati Membri kollha, kif ukoll ix-xogħol tagħha b’rabta mal-protezzjoni tal-investituri u mal-istabbiltà finanzjarja.

Sibna li l-azzjonijiet tal-UE ppermettew li jkun hemm suq uniku għall-fondi ta’ investiment, iżda għadhom ma kisbux l-eżiti mixtieqa, billi l-attivitajiet u l-benefiċċji transfruntieri reali għall-investituri għadhom limitati. Il-konsistenza u l-effettività tas-superviżjoni tal-fondi u l-protezzjoni tal-investituri huma insuffiċjenti. Nirrakkomandaw tiġdid tal-qafas legali, ħidma ta’ konverġenza aktar effettiva, protezzjoni aħjar tal-investituri u qafas ta’ rappurtar simplifikat.

​Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.