Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport speċjali 05/2022: Ċibersigurtà tal-istituzzjonijiet,il-korpi u l-aġenziji tal-UE: Il-livell ta’ tħejjija b’mod ġenerali mhuwiex proporzjonat mat-theddid

Maltese icpdf.png 3 MB
29/03/2022

L-għadd ta’ attakki ċibernetiċi fuq l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE (EUIBAs) qed jiżdied drastikament. Billi l-EUIBAs huma interkonnessi b’mod qawwi, dgħufijiet f’EUIBA jistgħu jesponu lill-oħrajn għal theddid għas-sigurtà. Aħna eżaminajna jekk l-EUIBAs għandhomx arranġamenti adegwati biex jipproteġu lilhom infushom kontra t-theddid ċibernetiku. Sibna li, b’mod ġenerali, il-livell ta’ tħejjija tal-EUIBAs mhuwiex proporzjonat mat-theddid, u li dawn għandhom livelli differenti ħafna ta’ maturità fiċ-ċibersigurtà. Nirrakkomandaw li l-Kummissjoni ttejjeb it-tħejjija tal-EUIBAs billi tipproponi l-introduzzjoni ta’ regoli vinkolanti dwar iċ-ċibersigurtà u żieda fir-riżorsi għall-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters (CERT-UE). Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippromwovi wkoll aktar sinerġiji fost l-EUIBAs, u jenħtieġ li s-CERT-UE u l-Aġenzijatal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà jiffukaw l-appoġġ tagħhom fuq EUIBAs li huma inqas maturi.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.