Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 06/2022: Drittijiet ta’ proprjetà intellettwali tal-UE: ma hemmx protezzjoni sħiħa

Maltese icpdf.png 3 MB
26/04/2022

F’dawn l-awditu, aħna vvalutajna jekk id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali fit-trademarks tal-UE, id-disinji tal-UE u l-indikazzjonijiet ġeografiċi humiex protetti sew fi ħdan is-Suq Uniku.

Il-protezzjoni hija ġeneralment robusta, minkejja xi nuqqasijiet leġiżlattivi u n-nuqqas ta’ metodoloġija ċara għad-determinazzjoni tat-tariffi tal-UE. Hemm dgħufijiet fil-qafas tal-obbligu ta’ rendikont tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, fil-ġestjoni tiegħu tal-Proġetti Ewropej ta’ Kooperazzjoni, u fl-implimentazzjoni tal-indikazzjonijiet u l-kontrolli tal-infurzar doganali, mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet tal-Istati Membri.

Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni tikkompleta u taġġorna l-oqfsa regolatorji, tivvaluta l-arranġamenti ta’ governanza u l-metodoloġija għad-determinazzjoni tat-tariffi, ittejjeb is-sistemi ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, u ttejjeb il-qafas ta’ infurzar. Jenħtieġ li l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea jtejjeb ukoll il-ġestjoni tal-Proġetti Ewropej ta’ Kooperazzjoni tiegħu.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.