Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 11/2022: Protezzjoni tal-baġit tal-UE - Jeħtieġ li jsir użu aħjar mill-blacklisting

Maltese icpdf.png 2 MB
23/05/2022

Il-“blacklisting” hija miżura li l-għan tagħha huwa l-prevenzjoni tal-frodi. Permezz tal-bażi ta’ data tal-EDES tagħha, l-UE tipprova teskludi kontropartijiet mhux affidabbli, bħal dawk involuti fi frodi, korruzzjoni jew irregolaritajiet oħra, milli jirċievu fondi pubbliċi. L-awditu li wettaqna vvaluta jekk il-blacklisting jintużax b’mod effettiv biex il-baġit tal-UE jiġi protett. Aħna kkonkludejna li s-sistema attwali mhijiex effettiva billi ma hemmx sett koerenti ta’ obbligi għall-modi ta’ pagament differenti. Barra minn hekk, għall-fondi mmaniġġati mill-Istati Membri, l-użu ta’ sistemi ta’ esklużjoni mhuwiex obbligatorju. Responsabbiltajiet frammentati u nuqqasijiet fl-identifikazzjoni ta’ kontropartijiet li jistgħu jiġu esklużi jwasslu għal ftit li xejn każijiet fuq il-blacklist tal-EDES. Għaldaqstant nirrakkomandaw li l-użu tal-EDES jiġi estiż lejn fondi mmaniġġati mill-Istati Membri, fejn attwalment tapplika taħlita ta’ obbligi legali dwar l-esklużjoni. Nirrakkomandaw ukoll li jsir użu aħjar mid-data u mill-għodod diġitali biex kontropartijiet mhux affidabbli jiġu identifikati.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.