-->

Żvilupp Reġjonali

Il-politika ta’ Koeżjoni tirrappreżenta sehem sinifikanti tal-infiq mill-baġit tal-UE u tal-investiment pubbliku f’ħafna Stati Membri. Aħna rrappurtajna regolarment dwar it-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-programmi u l-proġetti ta’ Koeżjoni.

Bħala l-awdituri tal-UE, aħna nħarsu wkoll ’il quddiem sabiex ngħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin li l-UE se tiffaċċja fil-futur. Il-koeżjoni ekonomika u soċjali hija essenzjali għall-UE. Livell għoli ta’ inugwaljanza li dejjem jiżdied jista’ jkun ta’ ħsara għas-soċjetajiet tagħna f’ħafna aspetti, mhux tal-inqas f’termini ta’ tkabbir ekonomiku, u jista’ jfixkel il-koeżjoni. Fis-snin li ġejjin se jkun hemm pressjoni dejjem akbar fuq l-effettività u l-effiċjenza kemm tal-politika ta’ Koeżjoni kif ukoll tal-politika ta’ żvilupp rurali fit-tnaqqis tal-inugwaljanzi reġjonali. Fl-istess ħin, l-infiq fil-qasam tal-Koeżjoni jappoġġa objettivi oħra ta’ politika tal-UE u, matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, se jkun dejjem aktar marbut mas-Semestru Ewropew.

Aħna se nżommu dawn il-fatturi kollha f’moħħna meta nagħżlu l-kompiti tal-awditjar tagħna u nifformulaw rakkomandazzjonijiet għall-futur.