-->

Ambjent, Saħħa Pubblika u Sikurezza tal-Ikel

 

Qed isir dejjem aktar evidenti li l-approċċ attwali għall-użu tar-riżorsi naturali u l-protezzjoni ambjentali jista’ jkun jeħtieġ xi modifikazzjonijiet sabiex jindirizza l-pressjonijiet fit-tul li jaffettwaw lill-ekosistemi tad-dinja u l-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini tal-UE. Ix-xogħol tagħna f’oqsma bħalma huma t-tibdil fil-klima u t-tniġġis jirriflettu din ir-realtà l-ġdida. L-UE qed tiffaċċja wkoll sfidi ġodda fir-rigward tas-saħħa pubblika u l-katina alimentari.

Bħala l-awdituri tal-UE, aħna nħarsu wkoll ’il quddiem sabiex ngħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin li l-UE se tiffaċċja fil-futur. Il-preservazzjoni tal-ambjent tagħna, il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, u l-ġlieda kontra t-tniġġis tal-arja, tal-ħamrija u tal-ilma jippreżentaw sfidi konsiderevoli li jistgħu jiġu indirizzati biss permezz ta’ kooperazzjoni kemm fi ħdan l-UE kif ukoll lil hinn mill-fruntieri tagħha. Tradizzjonalment, l-UE kienet mexxej globali f’dawn it-tliet oqsma kollha, iżda jista’ jkun meħtieġ li jiġi rivedut il-mod ta’ kif jitfasslu u jiġu implimentati l-politiki tagħha sabiex jipprovdu fokus u effettività akbar.

Aħna se nżommu dawn il-fatturi kollha f’moħħna meta nagħżlu l-kompiti tal-awditjar tagħna u nifformulaw rakkomandazzjonijiet għall-futur.