-->

Industrija, Riċerka u Enerġija

Ħafna mix-xogħol tagħna jikkoinċidi mal-interessi tal-Kumitat ITRE fl-oqsma tal-innovazzjoni, l-R&Ż, l-SMEs, l-enerġija u s-suq diġitali.

Bħala l-awdituri tal-UE, aħna nħarsu wkoll ’il quddiem sabiex ngħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin li l-UE se tiffaċċja fil-futur. It-teknoloġiji emerġenti qed ibiddlu l-mod kif il-persuni jagħmlu n-negozju, jaħdmu u jgħixu. L-awtomatizzazzjoni u l-intelliġenza artifiċjali jheddu li jbiddlu l-industriji b’mod tant mgħaġġel li ma jippermettix lis-soċjetajiet jaġġustaw lilhom infushom. Fil-futur qarib, il-magni se jsostnu dejjem aktar id-deċiżjonijiet tas-settur pubbliku, jew saħansitra jieħdu dawn id-deċiżjonijiet dwar il-persuni u n-negozji b’mod awtonomu. Iż-żieda enormi fil-possibbiltajiet ta’ editjar tal-ġenoma se tkun teħtieġ li jinkiseb bilanċ kawt bejn l-isfruttament tal-potenzjal u l-prevenzjoni tal-abbuż.

Aħna se nżommu dawn il-fatturi kollha f’moħħna meta nagħżlu l-kompiti tal-awditjar tagħna u nifformulaw rakkomandazzjonijiet għall-futur.