-->

Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

 

Il-kriżi ekonomika u finanzjarja żvelat dgħufijiet fil-governanza ekonomika tal-UE kif ukoll riskji kontinwi fis-sistema finanzjarja u bankarja Ewropea. Aħna naqsmu mal-Kumitat ECON ix-xewqa li jiġi żgurat li l-lezzjonijiet li nsiltu minn dak il-perjodu jiġu riportati bl-aktar mod effettiv possibbli fil-livelli kollha.

Bħala l-awdituri tal-UE, aħna nħarsu wkoll ’il quddiem sabiex ngħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin li l-UE se tiffaċċja fil-futur. Aħna nantiċipaw l-isfidi kontinwi għas-sostenibbiltà fiskali, li għadha settur finanzjarju vulnerabbli, fl-isfond tal-proċess ta’ globalizzazzjoni li jinsab imwaħħal u t-tnaqqis fl-appoġġ għas-sistema tas-suq ħieles wara l-kriżi ekonomika. Il-kompetittività relattiva tal-ekonomija tal-UE qed thedded li tkompli sejra lura minħabba l-avvanz taċ-Ċina u ta’ setgħat ekonomiċi dinjija oħra fil-ġejjieni.

Aħna se nżommu dawn il-fatturi kollha f’moħħna meta nagħżlu l-kompiti tal-awditjar tagħna u nifformulaw rakkomandazzjonijiet għall-futur.