-->

Kultura u Edukazzjoni

 

L-investiment fl-edukazzjoni huwa kruċjali għat-titjib tal-produttività tax-xogħol, tal-iżvilupp professjonali u tat-tkabbir ekonomiku. Fid-dawl ta’ dan, il-Fond Soċjali Ewropew ikkontribwixxa kważi EUR 34 biljun għall-appoġġ tal-miżuri ta’ edukazzjoni bejn l-2014 u l-2020. L-edukazzjoni kienet tema rikorrenti f’ħafna mir-rapporti tagħna fl-oqsma tal-impjiegi u l-politika soċjali.

Bħala l-awdituri tal-UE, aħna nħarsu wkoll ’il quddiem sabiex ngħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin li l-UE se tiffaċċja fil-futur. Aħna nantiċipaw għadd ta’ xejriet li se jittrasformaw l-edukazzjoni kif nafuha llum. Il-kompetenza diġitali se tkun saħansitra aktar essenzjali milli diġà hi, u s-settur edukattiv se jkollu għalhekk jikkunsidra mill-ġdid il-kurrikuli tiegħu. Il-problema tan-nuqqas ta’ ħiliet tekniċi adegwati fil-ġenerazzjonijiet li huma akbar fl-età tista’ tiġi aggravata minn sistema edukattiva li ma tindirizzax b’mod adegwat il-ħtiġijiet tas-soċjetà moderna tagħna li qed tinbidel.

Aħna se nżommu dawn il-fatturi kollha f’moħħna meta nagħżlu l-kompiti tal-awditjar tagħna u nifformulaw rakkomandazzjonijiet għall-futur.