-->

Kummerċ Internazzjonali

 

L-unjoni doganali tal-UE saret l-akbar blokk kummerċjali fid-dinja. Ir-rapporti tagħna ffukaw kemm fuq l-infrastruttura fiżika li tiffaċilita l-kummerċ tal-UE mal-bqija tad-dinja kif ukoll fuq il-proċeduri finanzjarji li jirfduha.

Bħala l-awdituri tal-UE, aħna nħarsu wkoll ’il quddiem sabiex ngħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin li l-UE se tiffaċċja fil-futur. Ir-regoli internazzjonali, il-kummerċ ħieles u l-multilateraliżmu huma prinċipji ewlenin tal-UE. Dinamika ekonomika ġdida tista’ tfisser li l-UE se tkun meħtieġa taġġusta r-relazzjonijiet kummerċjali tagħha, tippromwovi aktar il-valuri ewlenin proprji fis-sħubijiet kummerċjali tagħha, u ssir aktar kompetittiva fl-ekonomija dinjija jew inkella tirriskja tnaqqis fil-kummerċ barrani.

Aħna se nżommu dawn il-fatturi kollha f’moħħna meta nagħżlu l-kompiti tal-awditjar tagħna u nifformulaw rakkomandazzjonijiet għall-futur.